fbpx

Il-Management ta’ Mater Dei qed jimmina direttivi tal-Paramedic Aides

Minħabba direttivi li hemm fis-seħħ bħalissa mal-Paramedic Aides, il-UĦM b’responsabilta’ xorta waħda ħalliet lill-Paramedic Aides li jipproċessaw dmija kemm ta’ Emergenza u kif ukoll dik tal-Wards. Dawn id-dmija jiġu identifikati permezz ta’ labels apposta li jiddistingu test minn ieħor.

Iżda, reċentement il-management tat direzzjoni biex dawn il-labels importanti ma jibqgħux isiru. Dan ifisser li t-testijiet tad-dmija ma jistgħux jibqgħu jingħarfu wieħed minn ieħor. Dan huwa aġir li minbarra li hu rresponsabbli, jista’ wkoll jimmina saħħet il-pazjent.

Għaldaqstant, il-UĦM qed iżomm lil min ħa din id-deċiżjoni legalment responsabbli għal dmija li mhux se jiġu proċessati għax mhumiex identifikati kif suppost.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment