fbpx

Il-UĦM se tattendi bi ħġarha għall-Protesta Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni

Il-UĦM Voice of the Workers se tkun qed tieħu sehem fil-protesta nazzjonali kontra l-korruzzjoni li ħakmet dan il-pajjiż. Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers fisser li dawn il-diversi inċidenti qed jirriflettu fi kriżi ta’ governanza.

Josef Vella qal li l-korruzzjoni għandha ħafna wċuħ, mhux biss f’dak finanzjarju, anki jekk inbagħbsu mad-demokrazija u l-proċessi tal-eżekuttiv tal-pajjiż, jew tbagħbis ma’ riżultat uffiċjali kif ukoll manuvrar ta’ dan it-tip – dawn ukoll huma forma ta’ korruzzjoni.

“Prova ta dan”, żied il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM, “huma l-inċidenti fejn il-Gvern irrifjuta opportunità mill-UĦM sabiex jagħmel ġustizzja dwar il-ħlas ugwali għal xogħol tal-istess valur.

Tant hu hekk, li l-gvern qala’ lill-UĦM ‘il barra mill-ftehim.” F’inċident ieħor, il-UĦM kellha tirrikorri għal mandat ta’ inibizzjoni sabiex twaqqaf milli jiġu imħassra riżultati leġittimi.

Għal dan il-għan, u minħabba l-każijiet ta’ korruzzjoni li qed joħorġu kull ġimgħa, il-UĦM hi deċiża li għada tipparteċipa flimkien maċ-ċittadini ta’ diversi fehmiet u flimkien inwasslu l-messaġġ b’saħħtu kontra l-korruzjoni.

“La għandna ngħixu fil-korruzzjoni, u lanqas fid-dell tagħha.” ikkonkluda Josef Vella.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment