fbpx

Il-UĦM tagħti direttivi lill-Ispettorat tas-Saħħa

Il-UĦM qed tagħti direttivi lill-gradi kollha tal-ispettorat tas-Saħħa biex jieqfu milli ikomplu jagħmlu ix-xogħol fil-bajjiet kif ingħatalhom u kif xoghol ieħor li mhux fl-inkarigu tagħhom bħal ġarr ta’ kampjuni u korrispondenza li jaqa’  fir-responsabbilitá tal-messaġġiera fil-ħinijiet tal-uffiċċju.

Dan qed isir wara lmenti li waslu lil din il-union fejn fost l-oħrajn ġiet informata li mingħajr konsultazzjoni magħha, ġew introdotti forom ta’ xogħol ġodda u saħansitra ġew allokati xogħolijiet li normalment jsiru minn ħaddiehor.

Wieħed ta’ min jinnota wkoll li dawn il-professjonisti qed jintalbu biex fl-għeqqel tax xemx, ikunu fiżikament preżenti fil-bajjiet kollha li jkunu indikati li huma kkontaminati bid-drenaġġ, żjut jew likwidi oħra sabiex verbalment javżaw lill-pubbliku li ma jistax isir għawm f’dawk il-bajjiet.

Dan l-aġir m’huwiex aċċettabli. Dan imur b’kuntrast għal salvagwardji msejjħa mill-istess Dipartiment tas-saħħa għall-pubbliku u għaldaqstant dak li qed jiġi mitlub huwa ta’ periklu għas-saħħa u sigurta’ ta’ dawn il-ħaddiema professjonisti b’mod speċjali f’dawn il-ġranet sħan tas-sajf.

Intant il-UĦM ser tkompli ssegwi lill-dawn il-ħaddiema bil-għan li l-interessi tagħhom jiġu salvagwardjati kif suppost.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment