fbpx

Il-UĦM tiddeplora l-aġir tal-GWU

Waqt li taqbel mal-General Workers’ Union (GWU) li ħadd ma għandu jitkeċċa minħabba li obda direttiva tal-union, il-UĦM Voice of the Workers tifhem li l-management tal- Agency for the Welfare of Asylum Seekers (AWAS) indirizza din is-sitwazzjoni minħabba li l-ħaddiema imsemmija ngħatat lura l-post ta’ xogħol tagħha.

Il-UĦM tiddeplora l-aġir tal-GWU għax qed tuża din is-sitwazzjoni biex iddawwar l-attenzjoni minn fuq is-sitwazzjoni reali tal-impjegati tal-AWAS. Bħalissa l-UĦM, bl-appoġġ assoluta tal-ħaddiem, qed titlob rikonoxximent peress li l-ħaddiema għażlu li jbiddlu l-union.  Il-ħaddiema stqarrew li huma ddecidew li jibdlu l- union bl-iskop li jiġu kkoreġuti żbaljli fil-ftehim kollettiv dwar il-kundizzjonijiet u salarji li saru mill-istess GWU.

Tajjeb wieħed jifhem li dan hu eżempju meta l-UĦM tkellmet fuq it-tkaxkir tas-saqajn għaliex il-UĦM ilha erba’ xhur li talbet rikonoxximent ta’ dan il-post tax-xogħol.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment