fbpx

Il-UĦM tikkundanna l-attakk fuq uffiċjal tal-Gozo Channel

Il-UĦM Voice of the Workers tikkundanna l-attakk li seħħ nhar il-Ġimgħa fuq uffiċjal tal-Gozo Channel waqt il-qadi ta’ dmirijietu fil-port tal-Imġarr. 

L-union hi infurmata li l-passiġġier li kien ser jaqsam bejn iż-żewġ gżejjer bil-karozza, allegatament m’obdiex id-direzzjonijiet li tah dan l-uffiċċjal waqt l-imbark, u minflok ippretenda li jitla’ fuq il-vapur bil-karozza tiegħu mill-ewwel mingħajr ma jistenna, bi ksur tal-protokolli li hemm fis-seħħ.  Għalkemm l-uffiċċjal tal-Gozo Channel baqa’ jwissih biex jistenna, is-sewwieq allegatament beda jsuq biex jitla’ fuq il-vapur u meta ra li l-uffiċċjal baqa’ jsegwih u jwiddbu, is-sewwieq niżel mil-karozza u ħebb għal dan l-uffiċċjal tant li middu mal-art.

Huwa inaċċettabbli li persuna tmur biex taqla’ l-ħobża ta’ kuljum u minflok tispiċċa aggredita u msawta fuq il-lant tax-xogħol.  Il-UĦM tinnota b’dispjaċir li l-kultura ta’ impunita rabbiet l-għeruq f’dan il-pajjiż u mhux ser tinqata’ jekk ma jittieħdux passi drastiċi li jrażżnu lil min jaħseb li hu akbar mil-liġi.

Il-UĦM tistenna li l-Gozo Channel tieħu aktar miżuri biex issaħħah is-sigurtà lill-impjegati tagħha waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, fuq il-vapuri tagħha, fit-terminals u fl-uffiċini tagħha.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment