fbpx

Il-UĦM tikkundanna t-trasferimenti tal-ħaddiema tal-Enemalta

Il-UĦM tibqa tinsisti li l-ebda ħaddiem fl-Enemalta ma għandhu jitnaqqaslu t-take home pay tiegħu anke jekk dan ikun bi ftehim ma Unjin oħra.


Il-UĦM permezz tat-Taqsima Manifattura u Kumerċ tat dirrettiva lill-numru ta’ ħaddiema ġewwa Għawdex sabiex ma jiġux trasferiti għad-detriment tad-dħul finanzjarju tagħhom. Dawn il-ħaddiema ġew mitluba sabiex f’inqas minn 24 siegħa jħallu iċ-ċwievet tal-bini fejn jaħdmu u jħallu t-tag u tal-Enemalta fost affarijiet oħra mingħajr l-ebda spjegazzjoni ta’ għaliex, kif u fejn dawn il-ħaddiema ser jiġu trasferiti. Kien biss wara talba u insistenza għal aktar tagħrif li dawn ingħataw informazzjoni fejn ser jiġu trasferiti.

Dan hu ta’ għajb u mhux aċċettabli għall-UĦM. Il-ħaddiema tal-Enemalta għandhom dinjita’ u jixraqilhom trattament ferm aħjar.

Dan mhux l-ewwel kaz fejn l-management tal-Enemalta avviċina ħaddiema sabiex jiġu trasferiti f’xogħol bi dħul inferjuri. L-UĦM ġiet infurmata li diġa kien hemm il-ħaddiema tas-sezzjoni tas-saħħa u sigurta tal-istess Enemalta li ġew offruti xogħol mal-Occupational Health and Safety Authority b’kundizzjonijet inferjuri. L-istess ġara lill-ħaddiema responsabbli mit-tifi tan-nhar fl-istess Enemalta li ġew avviċinati sabiex imorru f’xogħol ieħor b’kundizzjonijiet inferjuri.

Intant il-UĦM infurmata li l-ġimgha id-dieħla il-ħaddiema tas-sezzjoni tal-generation ser jingħataw l-aħbar li ser jimbidlilhom ix-xift b’tali mod li ser ikollhom id-dħul tagħhom imnaqqas.
Il-UĦM tħabbar li fuq talba tal-istess ħaddiema, ser torganiżża laqgħa għall-ħaddiema kollha tal-Enemalta fil-Kwartieri Ġenerali tal-UĦM fil-Furjana nhar il-Ħamis li ġej fis-6.30pm.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment