fbpx

Il-UĦM tikseb ir-rikonoxximent f’żewġ postijiet tax-xogħol

Il-UĦM Voice of the Workers qed issarraf il-ħidma siewja tagħha b’membri ġodda li qed juru l-fiduċja tagħhom f’aktar postijiet tax-xogħol.

Din il-Union, nhar it-Tnejn 9 ta’ April 2018, għamlet żewġ eżerċizzji ta’ verifika u ġabet il-maġġoranza tal-membri, fost il-cabin attendants tal-kuntrattur li jaħdmu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, kif ukoll mal-kustodji tal-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Ramon Francalanza, Employment Relations Manager tat-Taqsima Manifattura u Kummerċ, stqarr li dan juri l-flessibbilta’ u l-prattiċita fix-xogħol tat-Taqsima fejn jiġu amministrati membri mis-settur privat kollu u l-bżoniijiet partikulari tagħhom ikunu trattati bi professjonalita’.

Intant il-UĦM se tibda taħdem biex jiġi negozjat ftehim kollettiv ġdid għall-kustodji  wara seba snin bi ftehim skadut. Barra minn hekk se torganizza u tgħin lill- cabin attendants tal-kuntrattur li huma meqjusa inferjuri minn kollegi tagħhom li jaħdmu mal-kumpanija.

 

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment