fbpx

Il-UĦM tirreġistra tilwima industrijali mal-Kumpanija Malta Public Transport Services (ex-Arriva)

It-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM illum irreġistrat tilwima industrijali mal-Malta Public Transport Services (ex-Arriva).

Kif diġa ġie imħabbar, il-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema ex-Arriva fil-jiem li għaddew għazlu li jissieħbu mal-UĦM sabiex hi tkun il-Unjin li tirrapreżenthom. Dan sar peress li l-istess ħaddiema huma iddiżappuntati mis-servizz tal-Unjin li kienet tirraprezenthom qabel.

Minkejja dan, il-kumpanija Malta Public Transport Services qed tonqos milli taċċetta id-deċiżjoni demokratika tal-ħaddiema u tibda il-proċess tal-verifika.

Intant il-ħaddiema tal-ex-Arriva huma mħassba dwar l-aġir tal-kumpanija fejn qed tipprokrastina dan il-proċess u qegħdin jipprovaw jifhmu l-interess li jista jkollha l-kumpanija fuq l-għazla tal-unjin tal-ħaddiema

Permezz ta’ ittra indirizatta lill-kumpanija Malta Public Trasport Services u lid-direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u Mpjiegi, it-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM irreġistrat tilwima industrijali minħabba dan it-tkaxkir tas-saqajn fil-proċess tal-verifika.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment