fbpx

Il-UĦM titlob ir-rikonoxximet tal-ħaddiema kollha fl-MPT

Illum il-UĦM kitbet uffiċċjalment lil Roderick Bajada, id-direttur tal-HR talMPT, biex titlob l-għarfien ewlieni tal-ħaddiema kollha ġewwa l-MPT.

Il-UĦM kellha diġa l-maġġoranza tax-xufiera membri magħha, iżda madankollu, sal-lum l-MPT ma għamlitx il-verifika sabiex il-UĦM tingħata l-għarfien dwarhom. Sadattant, f’dawn l-aħħar xhur, aktar kategoriji ta’ ħaddiema minbarra xufiera, ssieħbu fi ħdan il-UĦM. Din is-sitwazzjoni wasslet lill-UĦM sabiex tkun f’pożizzjoni b’saħħitha li titlob ir-rikonoxximent ewlieni tal-ħaddiema kollha tal-MPT.

Il-UĦM wissiet li jekk id-diskussjonijiet jitkomplew ma’ union oħra u jkun hemm dewmien fil-proċess tal-verifika, il-UĦM tikkonsidra l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex tissalvagwardja l-interessi tal-membri tagħha.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment