F’ittra li bagħtet lil membri mit-Taqsima tas-Saħħa, il-UĦM Voice of the Workers spjegat il-pożizzjoni tagħha u għamlitha ċara li mhux se tiffirma ftehim mal-Gvern dwar il-PPPs.
Dan sakemm il-kuntratt oriġinali ma jiġix ippubblikat u mpoġġi taħt l-iskrutinju tal-Uffiċċju tal-Verifika (NAO).
Gian Paul Gauci, Assistent Direttur, fisser x’ġara fin-negozjati mal-Ministeru tas-Saħħa u x’inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni. Jispjega wkoll dak li ġie nnegozjat mill-UĦM, jiġifieri, l-garanzija li l-ħaddiema jibqgħu tal-Gvern, li jibqgħu jaħdmu fl-istess dipartiment, ħlasijiet ta’ flessibbilta’ u dwar kif jimtlew il-vakanzi.
Barra minn hekk, Gian Paul Gauci jistaqsi x’kien jiġri mill-ħaddiema għall-bqija tas-66 sena li kieku l-Ftehim ġie ffirmat mill-UĦM għal 30 sena u l-Vitals Global Healthcare (VGH) ikun jista’ jġedded għal 99 sena.
Kopja tal-ittra li ntbagħtet lill-ħaddiema hi mehmuża ma’ din l-istqarrija.
ITTRA: Il-pożizzjoni tal-UĦM fir-rigward tal-PPPs tal-Isptarijiet