fbpx

Is-saga dwar il-bejgħ tal-isptarijiet għadha miftuħa

Il-UĦM Voice of the Workers għadha mhix magħluqa mal-gvern dwar il-bejgħ tat-tliet sptarijiet lokali, minn Vitals għal Steward. Hemm ħafna mistoqsijiet li jridu jitwieġbu – mistoqsijiet ta’ interess nazzjonali, ta’ interess għal kull ċittadin u ta’ interess għall-ħaddiema.

Għaldaqstant, din il-union se tkun qed titlob laqgħa bilaterali mal-Gvern sabiex il-UĦM Voice of the Workers tressaq il-proposti tagħha dwar il-kwistjoni.

L-istess union għadha temmen li l-Avukat Ġenerali għandu minnufih jinvestiga l-kuntratt li ġie ffirmat. Sakemm dan il-kuntratt ma jaqax taħt l-iskrutinju tal-Avukat Ġenerali, il-UĦM Voice of the Workers mhix f’pożizzjoni li taqbel li l-ftehim, fl-aħħar mill-aħħar, ikun ta’ benefiċċju  għall-pubbliku Malti u Għawdxi.

Sussegwentament il-Gvern għandu jirrispetta r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-investigazzjonijiet li jkunu saru mill-Avukat Ġenerali.

Din il-union ukoll tikkontendi li għandu jsir ftehim bejnha u bejn il-Gvern sabiex il-ħaddiema eżistenti u futuri tas-saħħa proprju jaqgħu taħt it-tmexxija tal-Gvern.

Il-UĦM Voice of the Workers tfakkar li x-xogħol tal-ħaddiema għandu jkun salvagwardjat għax, fl-aħħar mill-aħħar, hawn ħafna professjonisti li jridu jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn dan is-servizz. L-inqas ħaġa li wieħed jippretendi hi li jingħata rispett lill-professjonisti fil-qasam tas-saħħa u lill-pubbliku ġenerali.

 

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment