fbpx

Jinħatar il-President il-ġdid tas-CMTU

Dr. Martin Balzan ġie konfermat bħala l-President il-ġdid tal-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin (CMTU) wara l-Konferenza Ġenerali Annwali li kienet organizzata fil-Lukanda Xara Lodge, fil-limiti tar-Rabat nhar il-Erbgħa 18 ta’ Novembru 2015.

Josef Vella, is-Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) feraħ lil Martin Balzan fil-kariga l-ġdida tiegħu fis-CMTU. Is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM awgura lil Dr. Balzan sabiex ikompli jsaħħaħ il-ħidma tas-CMTU bl-iskop li tkompli titkattar il-koperazzjoni bejn il-Konfederazzjoni u l-UĦM.

Qabel ma saret l-elezzjoni għall-ħatra ta’ President ġdid tas-CMTU, ittellgħu numru ta’ workshops b’temi attwali bħalma huma t-Trasport u l-Ambjent, is-Saħħa, il-Pensjonijiet, l-Ekonomija u l-Finanzi kif ukoll l-Edukazzjoni.

Preżenti għall-okkażjoni kien hemm Lina Carr, is-Segretarju Konfederali tal-ETUC.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment