fbpx

Josef Vella, Kap Eżekuttiv tal-UĦM jwieġeb rigward l-Iskema tax-Xogħol fil-Komunita’

L-iskema li biha qed tiġi kritikata l-General Workers’ Union (GWU) m’għandha x’taqsam xejn mal-Garanzija taż-Żgħażagħ u mal-proġetti tal-Work Programme. Dawn il-proġetti tal-aħħar huma inizjattivi tal-Unjoni Ewropea (xi kultant b’fondi mill-istess Unjoni Ewropea) u li  għandhom x’jaqsmu  mal-miri tal-2020 – l-istrateġija tal-UE għal tkabbir ekonomiku.

Josef Vella, Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, stqarr f’intervista ma’ Net News li l-Iskema tax-Xogħol fil-Komunita’ hi inizjattiva  bejn il-Gvern lokali u l-GWU. Il-Gvern qed jinqeda mill-GWU sabiex 600 ħaddiem jidhru li m’għadhomx qiegħda imma qegħdin fid-dinja tax-xogħol mas-settur privat. Min-naħa tagħha, il-GWU qed tieħu l-€136 minn fuq kull ħaddiem kull xahar bħala profitti.

Il-UĦM Voice  of the Workers applikat biex tipparteċipa fil-proġett  Garanzija taż-Żgħażagħ u fil-Work Programme iżda meta ġiet biex tagħżel jekk għandhiex tipparteċipa fl-Iskema Xogħol fil-Komunita’, din il-union iddeċidiet li ma tapplikax għax toħolqilha kunflitt ta’ interess max-xogħol tagħha.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment