It-Taqsima Edukazzjoni, Kultura u Rikreazjoni tal-Union Ħaddiema Maqgħudin (UĦM) u l-European Union Programme Agency (EUPA) illum 6 ta’ Awwissu 2014 iffirmaw il-Ftehim Kollettiv l-ġdid li jkopri sa 2016. Permess ta’ dan il-ftehim se jkunu qed jitjiebu diversi kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema fosthom titjieb finanzjarju.
Id-Diskussjonijiet tal-ftehim kolletiv kienu impenjattivi u kien hemm ċirkustanzi fejn it-Taqsima kellha tirrikorri għall-azzjonijiet industrijali u kien hemm l-intervent tad-Direttur tax-Xogħol u tas-Segretarju Permanenti Ewlieni.
Sadanittant, nhar it-Tnejn 28 ta’ Lulju 2014 kien hemm żblokk fl-aħħar laqgħa li saret bejn it-Taqsima Edukazzjoni, Kultura u Rikreazzjoni, is-Segretarju Permanenti tal-Edukazzjoni s-Sur Joseph Caruana u l-PACBU fil-kwistjoni tal-Ftehim Kolletiv, tal-EUPA), fejn ġew proposti salarji ġodda u mtejba li kien bazi ta’ Ftehim għall-Unjin.
Kien għalhekk li f’dan l-istadju li l-Unjin ltaqet mal-ħaddiema kollha tal-EUPA u spjegat l-proposti l-ġodda li ġew mressqa u qablu ma l-proposti li l-Unjin proponiet.