fbpx

Laqgha bejn l-UĦM u l-Ministeru tal-Enerġija u is-Saħħa fuq il-PPPs ta’ l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u l-Isptar San Luqa

Illum delegazzjoni tal-UĦM, immexxija minn Josef Vella, Segretarju Ġenerali tal-UĦM, kellha laqgħa importanti mal-Ministru Konrad Mizzi u mas-Segretarju Parlamentari Chris Fearne fil-Berġa ta’ Kastilja.

Din il-laqgħa ntalbet sabiex jibdew id-diskussjonijiet dwar il-futur tal-ħaddiema fl-Isptar St. Luke’s u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex peress li għal dawn iż-żewġ sptarijiet se jsir Public Private Partnership (PPP). Matul din il-laqgħa, il-UĦM resqet diversi preokkupazzjonijiet tal-ħaddiema li jistgħu jintlaqtu filwaqt li wkoll resqet numru ta’ punti sabiex ikun hemm is-salvagwardji kollha tal-kundizzjonijiet u interessi tal-ħaddiema. Intlaħaq ukoll qbil li se jkun hemm sensiela ta’ laqgħat u negozjati mal-Ministru Konrad Mizzi u mas-Segretarju Parlamentari Chris Fearne f’dan ir-rigward.

Il-UĦM se tkompli żżomm kuntatt kontinwu ma’ dawn il-ħaddiema u se żżommhom infurmati b’kull żvilupp li jista’ jkun hemm

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment