fbpx

Minn għada mhux se ssib xorb sħun fuq il-vapuri tal-Gozo Channel

 

Il-UĦM Voice of the Workers qed tagħti direttivi lill-membri tagħha, li jaħdmu bħala cafeteria attendants fuq il-vapuri tal-Gozo Channel, sabiex ma jservux xorb sħun minn għada t-Tnejn 12 ta’ Marzu 2018. Dan peress li qed jingħataw xiftijiet b’ħinijiet li huma ta’ detriment għas-saħħa u s-sigurta’ tal-ħaddiema.

Din il-union ilha għal dawn l-aħħar xhur tikkomunika mal-kuntrattur, li jimpjega dawn il-ħaddiema, kif ukoll mal-kumpanija Gozo Channel, iżda t-tqassim tal-ħinijiet baqa’ sejjer għall-agħar.

Jeżistu sitwazzjonijiet fejn ċertu xiftijiet jirrikjedu żewġ ħaddiema flimkien biex ilaħħqu max-xogħol u man-numru ta’ passiġġieri. Iżda diversi cafeteria attendants ġew skedati sabiex jaqdu dmirijiethom waħidhom matul il-vjaġġi beżlin fi tmiem il-ġimgħa. Saħansitra hemm minn qed jintalab jaħdem tlett iljieli fuq xulxin u wara ma jingħatax ġurnata serħan.  

Dawn il-ħaddiema għandhom id-drittijiet tagħhom u jixirqilhom li jkunu mqassmin f’xiftijiet aħjar sabiex ikunu jistgħu jaqdu dmirijiethom b’mod aktar effiċjenti u mingħajr żieda ta’ riskji relatati ma’ saħħa u sigurta’.

Il-UĦM Voice of the Workers se tkompli bid-direttivi tagħha sakemm isiru l-arranġamenti neċessarji fir-rosters u l-ħinijiet tax-xogħol.

 

 

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment