fbpx

Reazzjoni mill-UĦM Voice of the Workers għall-artikli li deheru fuq il-Media

Wara li l-UĦM Voice of the Workers analizzat l-artikli li deheru fuq il-Media, il-union tixtieq tirrimarka li:

Il-Ministru Chris Fearne jidher li mhux konxju li d-dipartiment kien qiegħed jiltaqa’ mal-UĦM u laħaq ftehim miegħu. Għaldqastant, l-azzjonijiet ilhom li twaqqfu aktar minn xahar.

L-azzjonijiet kienu hemm sabiex id-Dipartiment l-Emerġenza ma jagħlaqx. Dan għaliex in-numru tad-dentisti li suppost huwa ta’ 30 imma bħalissa niżel għal 14. Dan ġara għax il-Gvern dejjem kaxkar saqajh biex jimpjega dentisti ġodda.

Fi Frar li għadda, sabiex id-dentisti jlaħħqu ma’ dawk il-pazjenti li jmorru direttament fl-Emerġenza fil-każ ta dentistrija, għandhom bżonn mill-inqas sitt dentisti. Iżda dan in-numru issa niżel għal erbgħa.

Minflok li l-Management induna li l-Eemergenza huwa fil-fatt aktar importanti mill-fillings, ħalla s-sitwazzjoni kif kienet u għalhekk il-UĦM Voice of the Workers intervjeniet u b’direttiva rat li jkun hemm sitt dentisti fl-Emerġenza kif għandu jkun.

F’April il-Ministru Fearne beda jiltaqa’ mal-UĦM u kien għalhekk li ġie miftiehm li jieħdu żewġ dentisti mis-Sezzjoni tal-Fillings u jintbagħtu l-Emerġenza.

Sabiex il-Waiting List tal-Fillings ma jitwalux, ġie deċiż li tinħareġ sejħa għal dentisti ġodda biex jiġu mpjegati. Temporanjament, ċerti listi għandhom jingħataw lill-privat bil-patt u kundizzjoni li l-pazjenti ma’ jħallsux tas-servizz. Filwaqt li is-sejħa għal-Privat ħarġet, sal-llum is-sejħa għal-dentisti ġodda għada ma ħarġitx.

B’rabta ma’ dan kollu, il-UĦM Voice of the Workers tikkonkludi li l-Ministru Fearne jew ma jafx x’inhu għaddej jew inkella jrid iqarraq.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment