fbpx

Rebħa oħra mill-UĦM għax-xufiera tat-trasport pubbliku

Tilwima Industrijali bejn it-Taqsima Port u Trasport tal-UĦM u l-Malta Public Transport Services, imħaddma mill-Gvern, intemmet b’konferma ċara mit-Tribunal Industrijali li l-management tal-Malta Public Transport Services (kumpanija tal-Gvern) naqas milli jagħmel il-verifika ta’ sħubija ta’ liema Union għandha l-maġġoranza tax-xufiera f’dan il-post tax-xogħol.


It-Tribunal Industrijali illum iddeċieda li l-verifika għandha issir mid-Dipartiment tad-Direttur tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali u li dan għandu jsir sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Frar 2015.

F’dan id-dawl il-UĦM tistenna li l-kumpanija Public Transport Services (il-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon) tieħu dawk il-passi kollha meħtieġa biex issir il-verifika minnufih. Il-UĦM tistenna li jittieħdu l-miżuri kollha biex inġustizzja bħal ma ġara f’dan il-każ ma terġax tirrepeti ruħha.

“Għalkemm biex issarraf ir-rikonoxximent tal-ħaddiem kellha tirrikorri fil-qrati tal-ġustizzja, din il-union xorta se tibqa’ tieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa u li hemm għad-dispożizzjoni tagħha biex tara li x-xewqa tal-ħaddiem tkun irrispettatha. Kont nippretendi li din il-verika kellha ssir diversi xhur ilu u minghajr ma’ kellna niftħu proċeduri legali,” sostna Josef Vella, is-Segretarju Generali tal-UĦM.

Il-UĦM qed tappella lix-xufiera sabiex ikomplu jingħaqdu ma’ din il-union ħalli flimkien jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u l-familji tagħħom.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment