fbpx

Reżoluzzjoni tas-CMTU mressqa u approvata llum, 18 ta’ Marzu 2016 waqt il-laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali tas-CMTU.

Pożizzjoni tas-CMTU dwar il-privatizazzjoni ta’ l-isptarijiet ta’ Għawdex, Karen Grech u San Luqa, fiċ-ċirkostanzi preżenti.

  • Is-CMTU tinnota b’sodisfazzjon li jidher li hemm impenn minn naħa tal-Gvern li jdaħħal iżjed Governanza fid-deċiżjonijiet li jaffettwaw lill-poplu Malti;
  • CMTU tinnota b’sodisfazzjon li ġew irtitrati l-avviżi legali li kienu jeżentaw il-bini ta’ sptarijiet minn sotto-missjoni ta’ applikazzjoni għall-permessi ta’ ppjanar;

Madankollu il-Kunsill tas-CMTU qiegħed jappoġġja il-pożizzjoni taż-żewġ unions affilljati: Assoċazzjoni Medika Maltija (MAM) u UĦM Voice of the Workers li qegħdin jitolbu li qabel ma jiġu ffirmati b’mod definittiv ftehim fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema u professjonisti u fuq l-operat ta’ l-isptarijiet li sejrin jgħaddu f’idejn sidien privati għandhom jiġu sodisfatti żewġ kundizzjonijiet essenzjali, li huma:

  • Li mill-aktar fis possibbli jiġu ppubblikati u mqgħeda fuq il-mejda tal-kamra tad-Deputati, il-ftehim kollha bejn il-Gvern ta’ Malta u dawn l-intraprendituri barranin li saru s’issa u li għad fadal biex jiġu ffirmati;
  • Li jsir u jiġi konkluż fl-iqsar żmien possibbli eżerċizzju ta’ awditjar indipendenti fuq il-ftehim kollha msemmija bejn dawn iż-żewġ partijiet mill-Uffiċċju ta’ l-Awditur Ġenerali u li dan ir-rapport juri b’mod ċar li kollox sar bid-diliġenza dovuta fl-interess tal-ħaddiema u l-poplu Malti li ser ikun jista’ jinqeda tajjeb f’dawn l-isptarijiet fil-futur.

Is-CMTU biex tkun konsistenti mal-prinċipji tagħha taqbel li ż-żewġ affiljati tagħha lesti jissottomettu l-abbozzi tal-ftehim rispettivi tagħhom f’isem il-ħaddiema għall-iskrutinju tal-Parlament u l-NAO.

B’hekk, dan il-ftehim ikun jista’ jservi ta’ serħan tal-moħħ lill-poplu kollu kif ukoll ta’ eżempju ta’ governanza tajba għall-ftehim simili oħra fil-futur.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment