Il-UĦM Voice of the Workers turi solidarjetà mal-Konsulent ta’ Saħħa Pubblika Dr Kenneth Grech u turi d-dispjaċir tagħha li Konsulent ta’ Saħħa Pubblika ġie trasferit wara li ta’ analiżi professjonali ibbażat fuq ix-xjenza. Dan seħħ mhux għax il-konsulent kien żbaljat imma għax hemm min mhux kuntent b’tali analiżi.
Dawn il-manuvri ma jawgurawx tajjeb għall-paċi industrijali għaliex din l-attitudni twassal sabiex kull ħaddiem jew professjonist li jokkupa kariga pubblika jista’ jisfa’ mhedded jekk jesprimi opinjoni li din mhux bilfors tingħoġob.
Il-UĦM Voice of the Workers tisħaq li ngħixu f’pajjiż demokratiku u li għalhekk kull parir professjonali għandu jingħata mingħajr biżà jew favur.
Il-UĦM tikkundanna dan l-aġir u titlob li Dr Kenneth Grech jingħata postu lura.