UĦM Voice of the Workers tikkjarifika li għall-kuntrarju ta’ dak li ntqal mis-Segretarju Paralmentari Anthony Agius Decelis, id-dokument tal-ftehim kolletiv wasal fil-pussess tal-union mhux qabel l-bieraħ il-Ħamis 13 ta’ Settembru 2018. Dan id-dokument kien ilu mistenni sa minn Lulju.
Madankollu l-UĦM Voice of the Workers dejjem emmnet fid-diskussjonijiet u hemm rieda tajba biex jintlaħaq qbil għall-ġid tal-ħaddiema. Għalhekk illum se tkun qed tissospendi d-direttivi temporanjament u se tkun qed titratta l-aħħar l-pendenzi f’laqgħa mas-Segretarju Permanenti Mark Musu’.
Il-UĦM tfakkar lill-Gvern li l-akbar ġid li għandu dan l-pajjiż hu r-riżors uman u għalhekk xieraq li l-ħaddiema ta’ Aġenzija Sapport jgawdu minn kundizzjonijiet aħjar u pakkett finanzjarju li jkun xieraq għax-xogħol li jagħmlu.
Din il-union tappella lill-Gvern li hu dmir tiegħu li jirringrazzja lill-ħaddiema kollha, speċjalment lill-ħaddiema ta’ Aġenzija Sapport li jwettqu l-ħidma tagħhom b’dedikazzjoni kbira.