fbpx

UĦM tingħata raġun fuq il-ħlas tas-sick leave

Impjegati tal-gvern li jaħdmu l-Isptar San Luqa u Karin Grech li huma mmexxija minn Steward Health Care mhux se jibqa’ jitnaqqsilhom il-ħlas tas-sick leave, grazzi għall-intervent tal-UĦM Voice of the Workers.

Taħt din il-prattika li tmur kontra l-liġi tax-xogħol, kull meta impjegati jkunu fuq sick leave għal erbat ijiem jew aktar, kienu qed jitħallsu biss għall-ewwel tlett ijiem. Konsegwentement, f’każ ta’ mard fit-tul l-impjegati kien qed ikollhom tnaqqis fil-paga.

UĦM Voice of the Workers kienet wissiet lil Steward li jekk ma kinitx se twaqqaf dan l-aġir illegali, kienet lesta tieħu passi ulterjuri. Il-union kienet ġiet magħrfa dwar dan l-abbuż wara li xi ħaddiema li kienu morda għal aktar minn tlett ijiem kienu sabu nota fil-payslip li tgħid li l-benefiċċju tal-mard tnaqqas. Dan minkejja li skont il-liġi l-ħaddiema tal-Gvern jirċievu l-ħlas tas-sick leave direttament mingħand min iħaddimhom u huma eliġibbli għal mill-inqas 30 jum sick leave fis-sena.

Fl-ewwel reazzjoni tagħha Steward kienet ċaħdet li qed tieħu l-flus imnaqqsa tas-sick leave u saħansitra heddet li kienet li lesta tieħu passi legali kontra l-UĦM. Madankollu, UĦM tista’ tikkonferma li tant kellha raġun f’din il-kwistjoni li Steward iddeċidiet li twaqqaf din il-prassi. Filfatt Steward ordnat biex ħaddiema tal-gvern jibdew jitħallsu tas-sick leave kollu, anki jekk jinqabżu t-tlett ijiem, kif kien intalab mill-Union.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment