fbpx

Il-UĦM tisfida lill-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa rigward il-Privatizzazzjoni tal-Isptarijiet

Wara numru ta’ laqgħat li l-UĦM kellha mal-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa, jidher biċ-ċar li l-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni illi jpoġġi fuq quddiem id-drittijiet tal-ħaddiema u l-professjonisti tas-saħħa fil-privatizzazzjoni tal-Isptarijiet ta’ Għawdex, ta’ St. Luke’s u Karin Grech.

Fil-laqgħat mal-Ministeru, il-UĦM għamlitha ċara illi għalkemm hi dejjem favur it- tisħiħ fis-servizz li jingħata lill-pazjent fil-qasam tas-saħħa, dan m’għandu qatt isir a skapitu tal-ħaddiem u l-professjonist iżda għandu jsir id f’id magħhom.

Il-union qed tagħmilha ċara illi l-aġenda tagħha hija li tissalvagwardja d-drittijiet tal-ħaddiema u mhux li tmexxi riforma billi tipprova tikkonvinċi l-ħaddiema dak li mhux minnu.
Intant, l-UĦM qed tisfida lill-Ministru u s-Segretarju Parlamentari sabiex, flimkien magħha, jiltaqgħu mal-ħaddiema u jwieġbu numru ta’ mistoqsijiet li, bi dritt, qegħdin jistennew tweġiba għalihom mingħandhom.

Sadanittant, il-UĦM qed tagħti garanzija lill-ħaddiema u professjonisti milqutin mil-Privatizzazzjoni illi ser tkun qegħda tagħmel minn kollox sabiex tipproteġi lill-ħaddiema minn kull tibdil li jista’ jiddeterjora il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment