fbpx

L-importanza tad-djalogu soċjali Ewropew waqt seminar organizzat mill-UĦM u l-EZA

UĦM Voice of the  Workers flimkien maċ-Ċentru Ewropew għall-Mistoqsijiet tal-Ħaddiema (EZA) nidew is-seminar bit-tema Key areas for the European Social Dialogue fil-Lukanda Le Meridien, San Ġiljan il-Ħamis.

Matul  dan  is-seminar  ta’ jumejn, li għalih qed jattendu 120 delegat minn 30 pajjiż Ewropew, qed issir diskussjoni dwar l-importanza tad-djalogu soċjali, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali.

Is-seminar infetaħ minn Bartho Pronk, il-President tal-EZA segwit minn  diskors minn Anġlu Farrugia, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u minn Jesmond Bonello, id-Direttur tal-UĦM Voice of the Workers. Jesmond Bonello qal fost oħrajn li t-trade unions għandhom  jappellaw għall-ħaddiema  sabiex l-istess  unions ikunu  l-fus ewlieni għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċess tad-djalogu soċjali.

Il-programm kompla b’diskors minn Monsinjur Gianpaolo Crepaldi, l-Arċisqof ta’ Trieste, li tkellem dwar l-importanza tal-Enċiklika Laudato Si bħala bażi etika għal suq ta’ ekonomija eko-soċjali.

Programm strutturali ġdid u l-programm edukattiv ta’ EZA dwar id-Djalogu Soċjali Ewropew  2016 kien trattat  b’mod estensiv minn Matthias Homey, uffiċjal fis-Segretarjat ta’ EZA. Wara sar diskors minn Andreas Strohbach, Policy  Officer fi ħdan id-Direttorat Ġenerali responsabbli mill-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

L-ewwel jum tas-seminar intemm bi preżentazzjoni awdjo-viżiva u b’diskors minn Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers. Hu qal, fost oħrajn, li politika attiva dwar is-suq tax-xogħol hi essenzjali ħafna sabiex il-produttivita’ tiżdied. Josef Vella stqarr li  għandhom  jinstabu metodi alternattivi sabiex iż-żgħażagħ Maltin isibu x-xogħol u żied li metodu partikulari hu dak fit-twaqqif ta’ koperattivi.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment