fbpx

Il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema ta’ Aġenzija Sapport approvat b’maġġoranza ta’ 85 fil-mija

Il-UĦM Voice of the Workers tħabbar li l-ftehim kolletiv il-ġdid ta’ Aġenzija Sapport, li tħaddem numru kbir ta’ ħaddiema, fosthom, social workers, youth workers, community workers, occupational therapists, sign language interpretors, executives, leaders, coordinators, support workers u  ħaddiema amministrattivi, ġie approvat mill-ħaddiema b’85 fil-mija wara votazzjoni li saret il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru.

Il-votazzjoni saret wara li t-Taqsima għall-Edukazzjoni u l-Kura fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers, immexxija minn Isabelle Farrugia, ippreżentat u fehmet dan id-dokument lid-diversi kategoriji ta’ ħaddiema il-Ħamis 4 u l-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru. L-appovazzjoni qawwija għall-ftehim kollettiv il-ġdid wasslet biex issa d-dokument se jkun iffirmat il-ġimgħa d-dieħla.

Il-ftehim kolletiv il-ġdid għall-ħaddiema ta’ Aġenzija Sapport jinkludi diversi benefiċċji ġodda, fosthom, aktar titjib fil-flessibbilta’ sabiex ikun hemm aktar  bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, titjib fil-proċeduri tal-vacation leave, żidiet fil-paga, titjib u żidiet f’allowances, kif ukoll ħlasijiet għal min jaħdem f’riskju.

Permezz ta’ dan il-ftehim kollettiv, se jkun hemm ukoll  titjib fis-salarji għal perijodu ta’ ħames snin. Inkluż fil-ftehim kollettiv il-ġdid, hemm il-Continuous Professional Development allowance għal min hu warranted filwaqt li se jkun hemm fond ta’ taħriġ għall-ħaddiema l-oħra.

Intant it-Taqsima tal-Edukazzjoni u Kura fi ħdan il-UĦM Voice of the Workers tesprimi s-sodisfazzjon tagħha għar-riżultat fl-approvazzjoni ta’ dan il-ftehim kollettiv u tirringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-appoġġ kontinwu tagħhom. Din il-union ukoll tirringrazzja lil Mark Musu’, Segretarju Permanenti u lil Mario Cutajar, Segretarju Permanenti Ewlieni, għall-interventi tagħhom sabiex intlaħaq qbil.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment