fbpx

Il-UĦM b’vuċi għall-Paramedic Aides tal-Isptar Mater Dei

WP_20150309_10_25_10_Pro

WP_20150309_10_26_45_Pro

Is-Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) Josef Vella indirizza konferenza tal-aħbarijiet quddiem id-Day Care Unit tal-Isptar Mater Dei, li matulha l-UĦM uriet li se tkompli tagħti vuċi lill-Paramedic Aides li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei. Matul il-konferenza tal-aħbarijiet, il-Union sostniet li l-Paramedic Aides għandhom jingħataw kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u bħal dawk ta’ ħaddiema oħrajn tal-Isptar Mater Dei li jagħmlu l-istess xogħol bħal dawn il-ħaddiema.

Josef Vella sostna li l-UĦM u l-ħaddiema li qed tirrappreżenta mhux se jibżgħu mit-theddid, bil-UĦM se tkompli tinsisti biex il-ftehim kollettiv bil-kundizzjonijiet il-ġodda jkun iffirmat għall-ġid tal-ħaddiema.

Vella semma’ kif il-Union u r-rappreżentanti tal-ħaddiema ltaqgħu sitt darbiet ma’ Uffiċjali mill-Ministeru tas-Saħħa. Madankollu, fis-sitt laqgħat separati, qatt ma waslu għal fethim. Anzi, skont is-Segretarju Ġenerali tal-UĦM, waqt il-laqgħat dejjem qalulhom li dawn il-Paramedic Aides ma ħaqqhomx kundizzjonijiet differenti milli għandhom.

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet, intqal li l-pass li jmiss jekk ma jintlaħaqx fethim ikun li jittieħdu aktar azzjonijiet industrijali. Imbghad, staqsa Josef Vella, min se jagħmel ix-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema, li skont l-awtoritajiet mhux ikkwalifikati. Kien għalhekk, li s-Segretarju Ġenerali tal-UĦM appella għar-rispett lejn il-ħaddiema.

Il-UĦM qed issostni li dawn in-nies ma jridux paroli iżda jridu azzjonijiet.

Hekk kif irrapurtat fuq is-sit: MaltaRightNow

http://maltarightnow.com/news/2015/03/09/il-uhm-bvuci-ghall-paramedic-aides-tal-isptar-mater-dei/

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment