Il-UHM Voice of the Workers għadha kemm kisbet suċċess ieħor fl-isforzi tagħha biex tiddefendi d-drittijiet tal-ħaddiema klerikali li jaħdmu ma’ Signal 8 fi Transport Malta. Din il-kwistjoni bdiet f’Ġunju 2024 meta l-kumpanija Signal 8 rebħet it-tender għall-provvista tas-servizzi, u l-ħaddiema kollha ġew trasferiti taħt Signal 8 minn tliet kuntratturi differenti. Qabel it-trasferiment, il-ħaddiema kienu jgawdu…
Category: Breaking News
Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku se jibbenefikaw minn kundizzjonijiet aħjar taħt ftehim kollettiv ġdid
Il-UHM Voice of the Workers tilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim kollettiv il-ġdid li ġie ffirmat illum filgħodu, u li se jtejjeb il-kundizzjonijiet ta’ madwar 33,000 ħaddiem fis-Servizz Pubbliku. Dan il-ftehim, li huwa frott ta’ negozjati li l-UHM kellha sehem attiv fihom, se jidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2025 u se jkopri sal-2030. Huwa jinvolvi żidiet ġodda li…
Injorata t-talba fuq il-COLA u nuqqas ta’ konsultazzjoni
Il-UHM Voice of the Workers tinnota li fil-Budget 2025 il-Gvern baqa’ jwebbes rasu għax se jibqa’ jintaxxa ż-żieda tal-għoli tal-ħajja filwaqt li qabad u żied is-snin tal-bolla b’sena bla konsultazzjoni ta’ xejn. Filwaqt li l-Gvern naqqas it-taxxa, il-middle class ma se tkun qed tibbenefika xejn iktar minn dawk li għandhom dħul baxx. Dan it-tnaqqis qed…
Cleaners fl-MCAST mhux se jibqgħu jitlfu l-leave wara intervent tal-UHM
Cleaners ma’ kuntrattur fl-MCAST mhux se jibqgħu jitilfu l-vacation leave tagħhom għax jaħdmu ħinijiet inqas fis-sajf, wara intervent tal-UHM Voice of the Workers. Il-kwistjoni bdiet xhur ilu bejn it-Taqsima għas-Settur Privat fi ħdan il-UHM u l-kumpanija AGV Non Ferrous Malta Ltd (AGV) li tħaddem numru ta’ cleaners fl-MCAST. Jirriżulta li wara li f’Gunju tal-2023 kien…
Iffirmat il-ftehim kolletiv tal-Università ta’ Malta
Il-UHM Voice of the Workers iffirmat il-Ftehim Kollettiv tal-Università ta’ Malta li se jkun validu għal 6 snin bejn l-2022 u l-2027. Dan il-ftehim li kien negozjat mit-Taqsima tal-Edukazzjoni u Solidarjetà Soċjali jkopri madwar 900 impjegat fosthom ħaddiema amministrattivi, messaġġiera, handymen, ġardinara, child care educators, LSEs, tekniċi, laboratory officers, periti, inġiniera, psychologists, librarians, social workers,…
Iffirmat il-ftehim kollettiv tal-Fondazzjoni ta’ Servizzi Soċjali
Il-UHM Voice of the Workers permezz tat-Taqsima tal-Edukazzjoni u Solidarjetà Soċjali iffirmat il-ftehim kollettiv tal-Fondazzjoni ta’ Servizzi Soċjali (FSWS). Il-ftehim se jkopri 6 snin mil-2022 sal-2027 u se jgawdu minnu madwar 1,000 ħaddiem. Dan il-ftehim japplika fost l-oħrajn għal professjonisti fosthom psychotherapists, psychologists, youth workers, counsellors, social workers, family therapists, kif ukoll risk assessors,…
Direttivi lill-ħaddiema tal-Università ta’ Malta
Minn għada l-Ġimgħa 5 ta’ Jannar 2024, se jidħlu fis-seħħ sensiela ta’ direttivi għall-ħaddiema amministrattivi, tekniċi u industrijali fl-Università ta’ Malta. Il-UHM Voice of Workers ħadet dan il-pass b’riżultat ta’ tilwima industrijali li kienet reġistrata fis-27 ta’ Novembru li għadda. Il-kwistjoni nqalgħet wara li t-tmexxija tal-Università kif ukoll il-Ministeru tal-Edukazzjoni baqgħu ikaxkru saqajhom biex jiġi…
Avviż dwar l-istrajk tal-għalliema
B’riferenza għall-istrajk tal-għalliema ta’ nhar it-Tnejn li ġej 27 ta’ Novembru, u fl-isfond tal-komunikat li ħareġ il-Ministeru tal-Edukazzjoni fejn ġie deċiż li dakinhar mhux se jkun hemm trasport tal-iskejjel, il-UHM Voice of the Workers tinnota li jista’ jkun hemm ġenituri li jaħdmu li jkollhom diffikultà biex iwasslu t-tfal tagħhom l-iskola. Dan bil-konsegwenza li ma jaslux…
Talba għal-laqgħa fuq kwistjoni li tolqot 50,000 ħaddiem
Malta Ġusta se tfisser budget ta’ ingann
Bil-flus li tajna lil Steward u Vitals konna nagħmlu budget ieħor ta’ €500 miljun Il-UHM Voice of the Workers tinsab ferm diżappuntata li l-Gvern ma’ laqax it-talba li ma jibqax jintaxxa l-kumpens għall-għoli tal-ħajja (COLA). Din kienet miżura li kellha tħalli €30 miljun fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin li kienu tant meħtieġa għalihom biex itaffu…
Recent Comments