Inġustizzja mal-gwardjani Lokali

  Jintalbu japplikaw biex jerġgħu jiġu impjegati fl-istess pożizzjoni Il-UĦM Voice of the Workers tinsab mħassba ħafna dwar proċess ta’ impjieg mill-ġdid li qed jolqot il-gwardjani lokali li preżentament jaħdmu mal-kumpanija G4S. Dawn il-gwardjani jaqdu dmirhom mal-LESA permezz ta’ kuntratt li ngħata lil G4S. Issa dan l-aħħar intalbu japplikaw direttament mal-LESA sabiex ikunu jistgħu jieħdu…

Ħtieġa ta’ spjegazzjoni mill-Gvern dwar il-mekkaniżmu fiż-żieda tal-prezz tal-gass

Il-UĦM Voice of the Workers qed titlob lill-Gvern sabiex jagħti spjegazzjoni ta’ kif jaħdem il-mekkaniżmu dwar iż-żieda fil-prezz tal-gass. F’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, il-Gvern ħabbar li l-prezz ta’ ċilindru gass ta’ 12-il kilogramma se jiżdied b’€0.50, jiġifieri ġie jiswa €16. B’reazzjoni għal din l-aħbar, il-UĦM Voice of the Workers tosserva li skont…

Ordnati azzjonijiet industrijali fil-FSWS

Il-UĦM Voice of the Workers ordnat azzjonijiet industrijali fil-Fondazzjoni tas-Servizzi għall-Ħarsien Soċjali (FSWS) peress li ma kienx hemm żviluppi fin-negozjati biex iwasslu għat-tiġdid tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema. Il-management tal-Fondazzjoni ġie mgħarraf bl-azzjonijiet il-Ġimgħa 5 ta’ Jannar 2018 permezz ta’ email indirizzata lil Alfred Grixti, Kap Eżekuttiv tal-FSWS. Għaldaqstant din il-union ordnat numru ta’ direttivi fil-FSWS, Santa…

Deal li jqanqal ħafna dubji

“Id-deal li sar bejn il-VGH għal għand Steward Health Care iqanqal diversi dubji.” Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers f’intervista waqt il-programm Net Live fuq Net Television nhar il-Ħamis 21 ta’ Diċembru 2017. Josef Vella  irreaġixxa għall-aħbar li Steward Health Care se tieħu r-riedni minn fuq il-VGH sabiex tkun…

Prospetti sbieħ għall-UĦM Voice of the Workers fl-2018

“Il-futur ta’ din il-union hu kbir għax qiegħda hemm biex tagħti servizz ġenwin lill-ħaddiema li għandhom bżonn”. Dan qalu Josef Vella, il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, f’diskors qasir waqt riċeviment għad-delegati tal-union li sar fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana nhar it-Tlieta 19 ta’ Diċembru 2017. Josef  Vella rringrazzja lid-delegati kollha preżenti tal-għajnuna u s-servizz…

Aktar għarfien lill-ħaddiema biex jevitaw il-periklu fil-post tax-xogħol

“Hemm bżonn li nsaħħu l-għarfien, permezz tax-shop stewards, dwar minn xiex jgħaddu l-ħaddiema u kif dawn jevitaw il-periklu fil-post tax-xogħol”. Dan qalu  Jesmond Bonello, Direttur ta’ UĦM Voice of the Workers, f’konferenza tal-aħbarijiet, li matulha tħabbru dettalji dwar il-proġett Unions for Health and Safety. L-avveniment sar fil-bini tal-General Workers’ Union (GWU), il-Belt it-Tnejn 18 ta’ Diċembru…

Id-drittijiet tal-bniedem ma jirtirawx fl-anzjanità!

Hekk kif id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem qed tfakkar is-70 anniversarju mit-tnedija tagħha, il-provvedimenti tagħha ma jiskadu qatt. Fl-okkażjoni ta’ Jum id-Drittijiet  tal-Bniedem, AGE Platform Europe tfakkar li kull bniedem għad għandu l-istess drittijiet, illum u dejjem. L-organizzazzjoni qed tisfrutta din l-okkażjoni sabiex tniedi l-verżjoni sħiħa tal-Older Persons self-advocacy handbook li jtejjeb  il-qagħda tal-anzjani sabiex jifhmu…

Appell liż-żgħażagħ biex jagħtu kas tal-Pensjoni tat-Tieni Pilastru

“Wasslu l-messaġġ liż-żgħażagħ fil-familji tagħkom sabiex jagħtu widen dwar il-pensjonijiet, partikularment il-Pensjoni tat-Tieni Pilastru”. Dan sostnih Josef Vella,  il-Kap Eżekuttiv ta’ UĦM Voice of the Workers, waqt riċeviment organizzat  mit-Taqsima Pensjonanti tal-UĦM Voice of the Workers, li sar f’Villa Arrigo, in-Naxxar il-Ħamis 14 ta’ Diċembru 2017. Josef Vella stqarr li fid-dawl tal-qagħda tal-pensjonijiet f’pajjiżna bħalissa, iż-żgħażagħ…

Il-ħaddiema tal-Caritas se jgawdu minn titjib fis-salarji permezz ta’ ftehim kollettiv ġdid

Il-ħaddiema fi ħdan il-Caritas se jibbenefikaw minn salarji u kundizzjonijiet aħjar wara ftehim kollettiv li ġie ffirmat fil-jiem li għaddew minn UĦM Voice of the Workers u l-istituzzjoni tal-Knisja li taħdem qatigħ  biex tippromwovi l-iżvilupp tal-bniedem  u l-ġustizzja soċjali. Dan  il-ftehim ġie spjegat u approvat mill-maġġoranza tal-ħaddiema f’laqgħa li saret ftit ġranet qabel  l-iffirmar. It-Taqsima…

Il-ħaddiema tal-MIP se jibbenefikaw minn fond annwali ta’ €25,000 fit-taħriġ kontinwu

Fond ta’ €25,000 fis-sena għal taħriġ kontinwu tal-ħaddiema li jaħdmu mal-Malta Industrial Parks (MIP) hu wieħed mill-kisbiet li tħabbru waqt l-iffirmar ta’ ftehim kollettiv li sar bejn il-UĦM Voice of the Workers u l-MIP. Dan il-ftehim kollettiv ġie ffirmat wara sensiela ta’ laqgħat li saru bejn it-Taqsima Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-UĦM, il-management tal-MIP u…