fbpx

Ħtieġa li l-pensjonijiet  ikunu  mibnija fuq pedamenti sodi

F’dawn l-aħħar ġranet il-Prim Ministru ġie rapportat li ddikjara li mingħajr il-barranin ma nkunux nistgħu nħallsu  l-pensjonijiet.

It-Taqsima tal-Pensjonanti tal-UĦM Voice of the Workers jidhrilha li:

  1. Jekk dan hu minnu allura dan ifisser li l-pajjiż mhux qed jippjana u jħares ‘il quddiem sabiex il-pensjonijiet ikunu mibnija fuq pedamenti sodi.
  2. Wieħed lanqas ma jista’ jeskludi li numru ta’ barranin jibqgħu jgħixu Malta bi drittijiet ugwali daqs il-Maltin fejn jidħlu servizzi soċjali, bħal sptarijiet b’xejn u pensjoni taż-żewġ terzi. Dawn il-benefiċċji allura jispiċċaw ta’ piż fuq il-pajjiż.
  3. Barra minn hekk, anki f’każ li dawn il-barranin jitilqu minn Malta wara diversi snin, dawn meta jaslu għall-eta’ tal-irtirar ikollhom dritt li japplikaw għall-pensjoni minn Malta. Dan huwa wkoll piż fuq il-pajjiż.
  4. U dawn l-eluf ta’ barranin li qed jgħixu f’Malta, kollha qed iħallsu l-bolla? Wieħed ma jistax jeskludi li numru  minnhom qed jaħdmu bil-moħbi u la jħallsu bolla u lanqas income tax.
  5. Waħda mill-miżuri li l-Gvern għandu jieħu sabiex nibdew nibnu pedamenti sodi aħjar milli għandna llum hija, li l-flus li jinġabru mill-bolla jmorru kollha ġo fond apposta u separat. Minn dan il-fond jitħallsu biss il-pensjonijiet u s-surplus li jkun hemm jiġi investit ħalli dan il-fond jibda jikber u jissaħħaħ għall-futur. Dan sabiex ma nibqgħux niddependu fuq il-barranin biex il-pensjonanti jirċievu l-pensjoni.

 

 

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment