fbpx

IL-UĦM issaqsi: Min se joffri protezzjoni jekk mhux id-DIER?

Il-UĦM Voice of the Workers turi tħassib serju meta fl-aħħar ġimgħat intalab l-intervent ta’ l-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjiegi (DIER) u ma sabx is-sapport mixtieq li ħaqqu il-ħaddiem.

Fil-5 ta’ Mejju 2022 il-UĦM ressqet rapport bil-miktub fejn ħaddiema li jaħdmu bħala Seaman ma’ Signal 8 (kuntrattur li joffri servizz lil Gozo Channel) ma’ rċevewx il-paga bħas-soltu.  Jidher li dan l-att sar minn naħa ta’ Signal 8, fejn il-ħaddiema intalbu li jiġbru l-paga tagħhom b’mod fiziku u li qabel ma’ jieħdu l-paga riedu jirritornaw l-Uniformi u jiffirmaw dikjarazzjoni ta’ full & final settlement. Dan sar fid-dawl li l-kuntrattur inbidel u sar transfer of business fl-24 ta’ April 2022.

Wara l-intervent mill-UĦM, Signal 8 ma baqghetx tinsisti li l-ħaddiema jiffirmaw id-dikjarazzjoni. Iżda Signal 8 xorta talbet li l-paga tingabar b’mod personali mill-ħaddiema.  Dan  b’detterent għall-ħaddiema li huma Għawdxin biex jiġu Malta għal paga fil-ħin liberu meta l-paga dejjem daħlet direttament fil-bank.

Il-UĦM turi id-dieqa għar-risposta mid-DIER li ntervenit billi għamlet kuntatt ma’ l-avukat ta’ Signal 8 u kkonfermat li m’għadux jintalab il-full & final settlement imma xorta l-paga kellha tinġabar b’mod fiżiku.  Meta l-UĦM baqgħet tinsisti li dan mhux aċċettabli, d-DIER talab informazzjoni personali dwar il-ħaddiema milquta lil din l-Union.  Il-UĦM oġġeżżjonat li tagħti informazzjoni personali.

Kif il-UĦM reġgħet ilmentat mad-DIER, ir-risposta uffiċjali tad-Direttur Ġenerali kienet biex l-ħaddiema li ma rċivewx l-paga jiftħu każ individwalment.

Il-UĦM hi tal-fehma li dan hu proċess burokratiku li jdajjef il-protezzjoni tal-ħaddiem. Huwa tal-mistħija li d-DIER, wara  iktar min 15-il ġurnata minn meta sar ir-rapport, għadu ma aċċertax biex il-ħaddiema jieħdu l-paga dovuta lilhom ta’ April 2022.

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment