fbpx

Inġustizzja mal-gwardjani Lokali

 

Jintalbu japplikaw biex jerġgħu jiġu impjegati fl-istess pożizzjoni

Il-UĦM Voice of the Workers tinsab mħassba ħafna dwar proċess ta’ impjieg mill-ġdid li qed jolqot il-gwardjani lokali li preżentament jaħdmu mal-kumpanija G4S.

Dawn il-gwardjani jaqdu dmirhom mal-LESA permezz ta’ kuntratt li ngħata lil G4S. Issa dan l-aħħar intalbu japplikaw direttament mal-LESA sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-istess pożizzjoni.  F’dan il-proċess il-ħaddiema, li anke ilhom għaxar snin tal-post mal-G4S, se jkollhom jitilfu s-seniority u se jerġgħu jgħaddu minn perjodu riskjuż ta’ prova.

Skont il-leġiżlazzjoni sussidjarja 452.85, il-ħaddiema msemmija suppost ġew assorbiti mil-LESA permezz ta’ trasferiment ta’ negozju, fejn il-kundizzjonijiet tagħhom jibqgħu l-istess.

Il-UĦM Voice of the Workers ħadet passi fuq din l-inġustizzja billi rrappurtat dak li qed iseħħ lid-Direttur tax-Xogħol. Il-union ukoll kitbet separatament lill-G4S u lil-LESA.

Għalkemm mhix il-union rikonoxxuta mal-gwardjani lokali, il-UĦM Voice of the Workers li tirrapreżenta lill-membri tagħha, xorta qed tilqa’ kull talba mill-impjegati milquta f’din is-sitwazzjoni.

 

 

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment