fbpx

Jitkomplew l-azzjonijiet industrijali fid-Dipartiment tal-Probation

It-Taqsima Ħaddiema tal-Gvern fi ħdan il-UĦM Voice of the workers ordnat azzjonijiet industrijali lill-ħaddiema li jaħdmu fid-Dipartiment tal-Probation.

It-Taqsima waslet għal din id-deċiżjoni minħabba dewmien esaġerat min-naħa tal-amministrazzjoni, kif ukoll min-naħa tal-Industrial Relations Unit (IRU) sabiex id-dokument dwar il-ftehim kollettiv jiġi konkluż. It-Taqsima wkoll waslet għal din  id-deċiżjoni biex turi diżappunt kbir għall-mod kif qed jiġu trattati n-negozjati fil-konfront ta’ dawn il-ħaddiema fi ħdan id-Dipartiment.

Fid-dawl ta’ dan kollu u wara li sar kull tentattiv sabiex din is-sitwazzjoni tiġi solvuta madwar il-mejda tan-negozjati, jidher li l-amministrazzjoni ma ħalliet l-ebda triq oħra lil din it-Taqsima ħlief li tordna azzjonjiet industrijali.

Għal dan il-għan, it-Taqsima ikkomunikat mas-Segretarju Permanenti, kif ukoll mal-IRU  li b’seħħ minn nhar it-Tnejn, 26 ta’ Novembru 2018 id-direttivi lill-ħaddiema li jaħdmu ġewwa dan id-dipartiment qed jissoktaw kif ġej:

  • Ma jsir ebda tip ta’ komunikazzjoni li tinkludi emails, ittri, mobile phones, landline telephones, faxes, pagers, photocopies, external / internal calls.
  • Ma jsirux aktar min 5 kazi mis-Seniors Probation Officers (Jinżammu l-ewwel 5 kazijiet assenjati).
  • Ma jsirux aktar min 15-il każ mill-Probation Officer (Jinżammu l-ewwel 15 każ assenjati).
  • Dawk il-ħaddiema li qegħdin fuq reduced hours jaħdmu ammont ta’ każijiet bi pro-rata.
  • Wara li l-każijiet imsemmija jiġu milħuqa, il-kumplament għandhom jiġu mgħoddija għand id-direttur.

Din it-Taqsima ma teskludix li tħarrax dawn l-azzjonijiet kemm il-darba li ma tingħatax l-attenzjoni meħtieġa lil din is-sitwazzjoni u l-amministrazzjoni ddum ma tiġi bid-dokument konkluż.

 

 

 

Like this article?

Share on Facebook
Share on Twitter
Share on Linkdin
Share on Pinterest

Leave a comment