Rikonoxximent u Awguri
Il-UHM Voice of the Workers tħabbar ir-riżenja ta’ Sur Mario Sacco mill-kariga tiegħu ta’ Direttur. Matul is-snin ta’ servizz tiegħu, Sur Sacco ta’ kontribut konsistenti fil-qasam tat-trade unjonistiku, fejn ħadem biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol.
Il-UHM Voice of the Workers tesprimi rikonoxximent u gratitudni sinċiera lejn is-Sur Sacco għas-servizz u l-professjonalità tiegħu matul il-karriera twila ta’ 26 sena. Huwa serva fil-karigi ta’ Segretarju Taqsima Ħaddiema tal-Gvern, Assistent Direttur, u minn Diċembru 2021 fil-kariga ta’ Direttur.
Bħala parti minn proċess ta’ kontinwità u tisħiħ fl-istrutturi tagħha, il-UHM Voice of the Workers tħabbar li s-Sinjura Isabelle Farrugia nħatret bħala Deputy Chief Executive Officer. Fl-istess waqt, is-Sur Kenneth Abela nħatar bħala Acting Director.
Il-UHM Voice of the Workers hija fiduċjuża li dawn il-ħatriet ġodda se jkomplu jsaħħu l-ħidma tal-organizzazzjoni u jirriflettu l-viżjoni tal-UHM li tkompli timxi ’l quddiem.
Fl-aħħar nett, il-UHM Voice of the Workers tawgura lil Sur Mario Sacco kull suċċess fil-futur tiegħu, filwaqt li lis-Sinjura Isabelle Farrugia u lis-Sur Kenneth Abela tawgurilhom kull suċċess fil-karigi l-ġodda tagħhom.